World Mission Sunday
Online Donations
Publications
Lay Missionaries
Find Us
Galleries
Director's Message
Mission Shop
Financial Help

Regions Helped

 

Permezz tal-ġenerożita tiegħek matul din is-sena l-Uffiċċju Missjunarju seta' jgħin diversi missjunarji jwettqu l-ħolma ta'ħafna nies fil-bżonn. Matul din is-sena l-Ufficcju Missjunarju bagħat' €698,556,70 f'diversi pajjizi fil-missjoni. 

 BURKINA FASO
Djoċesi ta’ Diebougou

 €23,000 – Mons. Der Raphael DabireÏ Kusiele
Ħlasijiet lil diversi għalliema li jgħallmu fl-iskejjel u ċentri pastorali tad-djoċesi kif ukoll manutenzjoni u tmexxija ta’ diversi ċentri pastorali fid-djoċesi, fosthom tqassim ta’ ikel lit-tfal kuljum.

€25,700 - Katekisti
Għajnuna fil-pagi ta’ madwar 700 katekist kif ukoll spejjeż ta’ trasport għal xi katekisti volontarji, kotba tat-tagħlim u ikel ta’ kuljum.

€3,846 - Fr. Paul Dah
Xiri ta’ materjal awdjoviżiv biex ikun ta’ għajnuna għall-formazzjoni u produzzjoni ta’ ħames mitt casette u mitt film.

€4,000 - Fr. Eugene Kpoda
Għajnuna biex tiġi organizzata sessjoni ta’ formazzjoni għall-aġenti pastorali. Se jieħdu sehem madwar 360 persuna. Jitqassam ukoll materjal għall-katekisti fosthom stationary u kotba tat-tagħlim.

€4,000 - Sr. Therese Sourabie
Għajnuna biex tiġi organizzata sessjoni ta’ formazzjoni għar-reliġjużi fid-djoċesi. B’kollox hemm 16-il kongregazzjoni li kull sena jorganizzaw laqgħat spiritwali.

€25,000 - Fr. Hien W. Moise
Bini tal-knisja parrokkjali Santa Tereża ta’ Avila u ċentru pastorali f’Pouleba.

Djoċesi ta’ Fada N’ Gourma

€12,656
Ħlasijiet lil diversi għalliema li jgħallmu fl-iskejjel u ċentri pastorali tad-djoċesi, kif ukoll manutenzjoni u tmexxija ta’ diversi ċentri pastorali fid-djoċesi.

€15,000 - Katekisti
Għajnuna fil-pagi ta’ madwar 300 katekist fl-iskola tal-katekiżmu ta’ Namoungou, kif ukoll xiri ta’ kotba tat-tagħlim.

€6,923 - Fr. Zacharie Legma
Xiri ta’ materjal awdjoviżiv għall-istazzjon tar-radju biex itejbu u jbiddlu l-antik.

€20,000 - Fr. Paulin Mano
Bini tal-knisja parrokkjali ta’ Pieta u ċentru pastorali.

€18,000 - Fr. Prosper Kiema
Bini tal-kunvent tas-Sorijiet de Cren f’Kantchari.

€12,000 -Fr. Blaise Kiema
Għajnuna biex titkompla l-kostruzzjoni tad-dar tal-parroċċa Notre Dame des Apotres.

Djoċesi ta’ Koudougou

€27,000
Ħlasijiet lil diversi għalliema li jgħallmu fl-iskejjel u ċentri pastorali tad-djoċesi, kif ukoll manutenzjoni u tmexxija ta’ diversi ċentri pastorali fid-djoċesi.

€35,000 - Katekisti
Għajnuna fil-pagi ta’ madwar 500 katekist kif ukoll għajnuna għall-bini ta’ tmint idjar għall-katekisti penzjonanti.

€7,692 - Fr. Didier Kabore
Xiri ta’ materjal awdjoviżiv biex titjieb il-produzzjoni ta’ programmi tar-radju, kif ukoll formazzjoni ta’ nies biex itellgħu programmi fuq edukazzjoni soċjali u reliġjuża.

€20,000 - Fr. Edouard Sawadogo
Titkompla l-kostruzzjoni ta’ bini li jservi għal servizzi ġenerali djoċesani.

€10,000
Xiri ta’ pannelli solari biex jipprovdu d-dawl għall-iskola tal-katekisti f’Imaggo.

€10,000 - Fr. Edouard Sawadogo
Tkabbir taċ-ċentru ta’ formazzjoni spiritwali Centre Unitas.

Djoċesi ta’ Koupela

€26,000 - E.T. Mons. Seraphin Rouamba
Ħlasijiet lil diversi għalliema li jgħallmu fl-iskejjel u ċentri pastorali tad-djoċesi, kif ukoll manutenzjoni u tmexxija ta’ diversi ċentri pastorali fid-djoċesi. Tqassim ta’ ikel kuljum lit-tfal fl-iskejjel tal-Knisja.

€16,000 - Katekisti
Għajnuna fil-pagi ta’ madwar 500 katekist kif ukoll spejjeż mediċi, tiswijiet ta’ mezzi ta’ trasport u għajnuna għall-katekisti.

€10,000 - Fr. Charles Ouemenga
Bini ta’ ħajt mad-dawra u anke sistema biex jinħażen l-ilma għall-komunità tas-sorijiet u l-iskola tagħhom f’Baagre.

€8,000 - Fr. Jean Ernest Dabone
Għajnuna biex titkompla l-kostruzzjoni tal-kappella ta’ Lergho.

€20,000 - Fr. Pierre Claver Belemsigri
Ristrutturazzjoni tal-Parroċċa, ~entru Pastorali u għajnuna fit-tqassim tal-ikel tal-Parroċċa.

€15,000 - Sr. Therese Compaorè
Kostruzzjoni tal-kappella tad-dar reġjonali tas-Sorijiet tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Korfu

€3,000
Għajnuna lis-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta’ {esù (Maltin) sabiex ikomplu jassistu anzjani li ġew abbandunati mill-familji tagħhom.

Indonesia
Djoċesi ta’ Surabaya

Għajnuna lill-missjunarji sabiex ikunu jistgħu jedukaw u jitimgħu tfal foqra li ta’ kuljum imorru l-iskola.
€ 1,558 Sr Yuliana – St Paul’s Primary School, Java
€ 2,124 Sr Aloysia – St Vincent Primary School, Surabaya
€ 1,062 Sr Lartitia – St Mary’s Primary School, Jawa Timur
€ 2,832 Sr Antonia – St Mary’s Kindergarden School, Jawa Timur 

Vietnam
Djoċesi ta’ Ban me Thuot

Għajnuna għat-tagħlim tal-katekiżmu tat-tfal kif ukoll flus biex ikunu jistgħu jattendu l-iskola. Għajnuna wkoll għal tfal ta’ familji li jgħixu fuq il-muntanji biex jinxtara ikel, mediċini u kotba tal-iskola.
Fr Hoang Van Lich – € 2,478
Fr Nguyen Van Sao – € 2,832
Sr Marie Tran Thi – € 2,478
Sr Marie Blandine Lam Thi – € 1,912

Benin
Djoċesi ta’ Catonou

€ 5,384.62 – Sr. Patricia Georgette
€ 6923.08 – Sr. Maria Regina Tossou
Xiri ta’ ikel, mediċini u affarijiet oħra essenzjali għal tfal orfni li jgħixu fl-istituti.

Bolivia
Djoċesi ta’ Camiri

€ 2,478 – Fr. Emilio Lamas
€ 1,416 – Sr. Maria Manuela Liza
Għajnuna fi flus għal tfal biex ikunu jistgħu jkomplu l-iskola kif ukoll bini ta’ sala għall-katekiżmu fil-parroċċa.

Djoċesi ta’ Nuflo de Chavez


€ 1,770 – Fr Adalberto Mazwr
Għajnuna biex jiġi implementat il-moviment Children Helping Children, formazzjoni ta’ animaturi għat-tfal u xiri ta’ materjal għall-gruppi ta’ formazzjoni.

Zambia
Djoċesi ta’ Mongu

€ 5,665 – Sr. Anastazia M’Lauzi
€ 4,249 – Sr. Rose Mc Hugh
€ 5,665 -  Mons. Evans Chinyama
€ 2,124 – Mrs. Patricia Musiwa
€ 2,832– Sr. Margaret O’ Flaherty
€ 1,416 – Sr. Anne Finnerty
Għajnuna biex jinxtraw bżonnijiet għall-isptar fis-swali tat-tfal u tal-ommijiet li jkunu se jweldu. Għajnuna biex jinxtara ikel, ħwejjeġ u bżonnijiet tal-iskola lil tfal orfni u biex ir-romol u nanniet jipprovdu tagħlim xieraq lit-tfal tagħhom.

Filippini
Djoċesi ta’ Cagayon De Oro

€ 2,830 – Sr. Nemesia Paguican
€ 2,830 – Sr. Merna C Vertucio
€ 2,830 – Sr. Flora Mugot

Djoċesi ta’ Bacolod

€ 2,124– Fr. Jose Rey Erexima
€ 3,541– Fr. Cirilo Edgar
Għajnuna f’kotba, uniformijiet, bżonnijiet mediċi, edukazzjoni u attivitajiet reliġjużi fid-Day Centre, kif ukoll programm biex jiġu mwettqa proġetti għat-tfal li jgħixu fit-toroq bħal riabilitazzjoni fil-komunità.

€2,000 – Sr. Anne Catania
Xiri ta’ bżonnijiet bażiċi lill-familji li ma għandhomx dar u li jgħixu barra.

India
Djoċesi ta’ Bihar


€2,000 – Mons. Angelus Kujur
Bini ta’ dar żgħira lis-Sorijiet Franġiskani tal-Klarissi li qed jaħdmu qalb nies foqra ħafna fiċ-Ċentru tas-Saħħa u fl-iskola tal-Mission Station.

€500 - Fr. Thomas Kavalahatt
Kostruzzjoni tas-saqaf ta’ 3 klassijiet għall-Bidhu Kanhu Middle School.

€1,000 - Fr. Nirmal Ray
Bini ta’ Kappella, xiri ta’ mediċini u tqassim ta’ ikel fil-villaġġi ta’ Jibonpur.

Għajnuna f’edukazzjoni soċjali u reliġjuża, manteniment u sponsorship ta’ diversi żgħażagħ li jixtiequ jsiru saċerdoti, żgħażagħ li l-biċċa l-kbira minnhom huma ġejjin minn familji foqra ħafna.
   Is-Seminarji huma dawn li ġejjin:
€ 28,327 St Joseph Seminary – Allahabad
€ 33,969 St Peter Seminary – Bangalore
€ 35,053 Good Shepherd Seminary – Coimbatore
€ 10,623 Sacred Heart Seminary – Madras & Mylapore
€ 17,705 St Joseph Jeppu Seminary – Mangalore
€ 21,731 St  Paul Seminary – Tiruchirapalli
€ 28,328 St Joseph Seminary - Carmelgiri Alwaye – Verapoly

Haiti
Djoċesi ta’ Port Au Prince

€10,350  - Fr. Clarck de la Cruz
Xiri ta’ ikel u mediċini għall-orfanatrofju li jilqa’ fih tfal li l-ġenituri tagħom mietu fit-terremot li kien hemm sentejn ilu f’Jannar.

€ 1,200 - Sr M. Genova MC
Xiri ta’ ikel biex jiġi mqassam f’disat idjar li għandhom is-sorijiet ġewwa Port Au Prince li fihom jilqgħu  tfal u adulti morda, fosthom nies li qed imutu.

€ 700 Sr Maria Judith Clerfond
Għajnuna biex titlesta l-iskola primarja Ecole Divine Providence.

€ 700 - Fr Isaia
Għajnuna għall-bżonnijiet bażiċi tal-familji l-aktar fqar.

€ 700 - Sr Cadet Marie Verlaine
 Għajnuna biex titlesta l-iskola primarja u sekondarja Mary Immaculate Queen College.

Pakistan


€2,000 – Sr. Frances Farrugia
Xiri ta’ injam biex jinbnew bankijiet għall-iskola li tinsab fi slum area.
€ 2,000 – Sr Josephine Borg
Xiri ta’ materjal biex tinbnena dar lil familja fqira ħafna.


Ghana


€500 - Fr. Eric Oduru Wafe
Għajnuna biex jiġi stampat ktieb biex jibda jintuża fl-iskejjel sekondarji.


Kenja
Djoċesi of Embu

€8,000 - Fr. Patrick Njiru
Xiri u installazzjoni ta’ tankijiet għall-ħażna tal-ilma tax-xita u xiri ta’ kompjuters sabiex it-tfal fl-iskola St. Mary’s School ikunu jistgħu jibdew jitħarrġu fit-teknoloġija.

€500 - Sr Justina Meth Ndonga
Għajnuna biex jinbena ċentru żgħir fejn tfal u anzjani jiltaqgħu.

Djoċesi ta’ Nairobi

€ 2,000 – Fr Celestino Bundi
Xiri ta’ ikel, xorb u mediċini  biex jitqassmu lil xi familji fil-bżonn.

Uganda


€500 - Fr. Francis Omara
Irrestawrar ta’ St. Joseph Seminary.

€500 - Fr. Philip Balikuddembe
Kungress għall-animaturi missjunarji tad-djoċesijiet kollha tal-Uganda.

€500 - Fr. Thomas Tusinguire
Għajnuna biex jitlesta laboratorju tax-xjenza fis-seminarj St John’s f’Kasese

Sri Lanka
 

€1,000 - Fr. S. Wijesunya
Bini ta’ żewġ mission stations.

Djoċesi ta’ Mannar


€1,000 -  Mons Rayappa Joseph
Għajnuna biex titlesta l-knisja u ~entru Pastorali ta’ St. Francis Xavier.

€500 - Fr. Eduardo
Għajnuna biex titlesta kappella f’mission station.

€1,000 - Fr. S. Emilianus Pillai
Xiri ta’ kompjuter u għajnuna għall-edukazzjoni għat-tfal u t-tfajliet li ġew affetwati fil-gwerra u li hemm jgħixu fid-dar St. Mary’s Home.

Nuwara Eliya Diocese


€500 - Fr. K.L. Leslie Dereka
Għajnuna biex titlesta kappella / ċentru pastorali.

Malawi
Djoċesi ta’ Lilongwe

€ 500 -  Fr. Innocent Kanyumbu
Xirir ta’ pjanċi tal-ħadid i siment għall-kostruzzjoni tal-Knisja ta’ Santu Wistin.

€1,000 - Fr. Michael Useni
Sponsor għal żgħażagħ foqra biex ikunu jistgħu jattendu għall-WYD 2011 f’Madrid fi Spanja.

Dioċesi ta’ Nkhotakota

€1,500 – Sr. Julie Shonga
Bini ta’ żewġ klassijiet għal tfal li għadhom ma laħqux l-età li jibdew imorru l-iskola.

Tanzania


€1,000 - Fr. Elias Kingamkunu
Għajnuna biex isir kungress għal 2300 tfal foqra f’Dar Es Salam. Wara t-tfal kollha jiġu offruti ikla tajba b’xejn.

East Timor


€ 10,000 – Sr Malou
Għajnuna lil orfanatrofu, biex nagħtu ħajja ġdida lil madwar 140 tifel u tifla li l-ġenituri tagħhom ġew maqtula jew mietu bil-mard, waqt l-invażjoni mill-armata Indoneżjana .

Peru’

€ 10,000 – Fr Raymond Prtelli
Għajnuna biex titkompla l-ħidma li Fr Raymond beda fl-isptar għal persuni morda bl-AIDS ġewwa Iquitos.

Żimbabwe


€ 10,000 – Sr Maria Grazia Farrugia
Għajnuna biex titlesta s-sala fi skola primarja li hija mmexxija minn soru Maltija.



Għafas hawn biex tara fejn marru l-flus li ġbarna fis-sena 2010. Din hija verżjoni mqassra. Għal aktar dettalji, għafas il-kontinenti fuq il-mappa li ssib aktar il-fuq.

Għafas hawn biex tara fejn marru l-flus li ġbarna fis-sena 2009. Din hija verżjoni mqassra. Għal aktar dettalji, għafas il-kontinenti fuq il-mappa li ssib aktar il-fuq.


Għafas hawn biex tara fejn marru l-flus li ġbarna fis-sena 2008. Din hija verżjoni mqassra. Għal aktar dettalji, għafas il-kontinenti fuq il-mappa li ssib aktar il-fuq.

 

 

Societies and Founders
PMS Malta
FAQ's
Regions Helped

Online Donations
Subscribe for Email Updates

Email Address:

What happens with your Donations
Thinking about Volunteering?
A drop in the Ocean