If you want to help a little bit more you can also become a member of the Children Helping Children Club.
It’s easy, just print the form below, fill it out and send it to our office together with your recent passport photo and a € 5.00 donation to be paid every year.

In return, you will receive this membership card and a gift as a ‘Thank You’ for your support towards these poor children.
All new members will also receive the below prayer for the missions, as it is very important to pray for the poor everyday.
IL-MIGJA TAL-PAPA
Kulhadd sema’ bil-migja tal-Papa gewwa l-gzira taghna u l-poplu Malti kollu b’xi mod jew iehor ippartecipa f’wahda mill-attivitajiet organizzati. Diga’ ghaddew kwazi tliet xhur miz-zjara tal-Qdusija Tieghu il-Papa Benedittu XVI. Jiena certa li din iz-zjara halliet il-frott f’Malta kif qalu l-Isqfijiet u l-Papa nnifsu.
Il-preparamenti kienu qed jigu mhejjija minn bosta xhur qabel u kif harget l-ahbar li riedu kor tat-tfal li jammonta ghal mitt tifel u tifla, ddecidejt li nkun wahda mit-tfal Maltin li jaghmlu “audtion” ghall-partecipazzjoni fil-quddiesa pontifikali ta’ fuq il-fosos tal-Furjana. Il-gurnata waslet u sibt kju kbir tat-tfal jistennew gewwa l-kurja biex jaghmlu l-“audition”. Nghid is-sewwa bdejt naqta’ qalbi li nkun wahda mill-maghzulin izda ftit gimghat wara rcevejt ittra ta’ konferma li kont ntghazilt. Nista’ nghid li kont ferhana hafna u mill-gimgha ta’ wara bdejt nattendi ghall-provi tal-kant li baqghu ghaddejjin ghall-bosta gimghat.
Il-jumejn tal-migja tal-kap tal-knisja kattolika waslu u jien kont ecitata mmens kemm ghall-quddiesa pontifikali kif ukoll ghaz-zjara tal-Papa fir-Rabat, peress li jien Rabtija. Tlajt il-pjazza tal-parrocca ta’ San Pawl minn kmieni biex nilhaq post u l-Papa rajtu verament mill-vicin. Hawnhekk in-nies tawh laqgha tassew sabiha u anke l-Papa ha gost hafna jzur l-Knisja u l-grotta ta’ San Pawl, zewg postijiet tant sbieh u li tant jghozzu r-Rabtin. L-ghada t-temp ma tantx iffavorina izda n-nies xorta gew bi hgarhom ghall-quddiesa ta’ fuq il-fosos. Hemmhekk hassejtni tant emozzjonata u hija esperjenza li se nibqa nghozz tul hajti kollha.
Jiena hadt gost hafna u kuntenta li kelli din l-opportunita’ daqshekk unika. Hassejt li kont parti minn dawk li tant hadmu biex din iz-zjara tkun possibli.
J’Alla li b’din iz-zjara tal-Papa ahna nersqu izjed qrib t’Alla u nibqghu nhaddnu dejjem it-taghlim tieghu.
Justine Pearson
Membru - CHC Club
