Missionary Prayer Intentions 2010
By the Holy Father Pope Benedict XVI
JANUARY
That every believer in Christ may be conscious that unity among all Christians is a condition for more effective proclamation of the Gospel.
JANNAR
Nitolbu biex kull min jemmen fi Kristu jifhem li l-għaqda bejn l-Insara hija meħtieġa għax-xandir aktar effettiv tal-Evanġelju.
FEBRUARY
That the Church, aware of its own missionary identity, may strive to follow Christ faithfully and to proclaim His ospel to all peoples.
FRAR
Nitolbu biex il-Knisja li hi minnha nnfisha missjunarja, tħabrek ħalli timxi bil-fedeltà wara Kristu u xxandar l-Evanġelju lill-popli kollha.
MARCH
That the Churches in Africa may be signs and instruments of reconciliation and justice in every part of that continent.
MARZU
Nitolbu biex il-Knejjes fl-Afrika jkunu sinjali u strumenti ta' rikonċiljazzjoni u ġustizzja f'kull parti ta' dak il-kontinent.
APRIL
That Christians persecuted for the sake of the Gospel may persevere, sustained by the Holy Spirit, in faithfully witnessing to the love of God for the entire human race.
APRIL
Nitolbu biex l-Insara ppersegwitati jipperseveraw, ħalli jkunu xhieda fidili tal-imħabba ta' Alla għall-bnedmin kollha.
MAY
That ordained ministers, religious women and men, and lay people involved in apostolic work may understand how to infuse missionary enthusiasm into the communities entrusted to their care.
MEJJU
Nitolbu biex is-saċerdoti, ir-reliġjużi rġiel u nisa u l-lajċi impenjati fl-appostolat jagħrfu jnisslu entużjażmu missjunarju fil-komunitajiet tagħhom.
JUNE
That the Churches in Asia, which constitute a "little flock" among non-Christian populations, may know how to communicate the Gospel and give joyful witness to their adherence to Christ.
ĠUNJU
Nitolbu biex il-Knejjes fl-Asja, li huma 'merħla żgħira', ixandru l-Evanġelju u jkunu xhieda tal-ferħ tar-rabta tagħhom ma' Kristu.
JULY
That Christians may strive to offer everywhere, but especially in great urban centers, an effective contribution to the promotion of education, justice, solidarity and peace.
LULJU
Nitolbu biex l-Insara jħabirku ħalli joffru kullimkien, kontribut effikaċi għall-promozzjoni tal-edukazzjoni, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-paċi.
AUGUST
That the Church may be a "home" for all people, ready to open its doors to any who are suffering from racial or religious discrimination, hunger, or wars forcing them to emigrate to other countries.
AWWISSU
Nitolbu biex il-Knisja tiftaħ il-bibien għal kull min qiegħed ibati minħabba d-diskriminazzjoni razzjali jew reliġjuża, il-ġuħ jew il-gwerer.
SEPTEMBER
That by opening our hearts to love we may put an end to the numerous wars and conflicts which continue to bloody our world.
SETTEMBRU
Nitolbu biex, billi niftħu qalbna għall-imħabba, naħdmu biex jintemmu l-ħafna gwerer u konflitti li qegħdin ixerrdu tant dmija fid-dinja.
OCTOBER
That the World Mission Day may afford an occasion for understanding that the task of proclaiming Christ is an absolutely necessary service to which the Church is called for the benefit of humanity.
OTTUBRU
Nitolbu biex il-Ġurnata Missjunarja toffrilna okkażjoni biex nifhmu li l-impenn tal-Knisja biex ixxandar lil Kristu huwa servizz meħtieġ għall-umanita.
NOVEMBER
That the Churches of Latin America may move ahead with the continent-wide mission proposed by their bishops, making it part of the universal missionary task of the People of God.
NOVEMBRU
Nitolbu biex il-Knejjes tal-Amerika Latina jagħtu sehemhom ukoll fil-missjoni universali tal-poplu ta' Alla.
DECEMBER
That the peoples of the earth may open their doors to Christ and to His Gospel of peace, brotherhood and justice.
DIĊEMBRU
Nitolbu biex il-popli tad-dinja jiftħu l-bibien tagħhom għal Kristu u għall-Evanġelju tiegħu ta' paċi, imħabba tal-aħwa u ġustizzja.
Click here to complete and submit our enquiry form to receive a free copy of the Pope’s “Missionary Intention Calendar"