Pontifical Mission Societies 'Spreading Gods word throughout the World'

Home About Us Children Helping Children Pope’s Intentions Latest News Contact Us
World Mission Sunday
Your Contribution
Publications
Lay Missionaries
Products
Find Us
Director's Message
Mission Shop
Financial Help

Il-Messaġġ Tal-Papa


English version - Click Here

Messaġġ tal-Papa Benedittu XVI
għall-Ġurnata Missjunarja Dinjija 2010

L-impenn tal-Poplu t’Alla għax-xandir tal-Evangelju

Ix-xahar t’Ottubru, biċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Missjunarja Dinjija, joffri lill-Komunitajiet djoċesani u parrokkjali, lill-istituti ta’ ħajja Kkonsagrata, lill-Movimenti Ekkleżjali, lill-poplu kollu t’Alla, l-okkażjoni biex iġeddu l-impenn li jxandru l-Evanġelju u lill-attivitajiet pastorali xejra aktar missjunarja. Dan l-appuntament ta’ kull sena jistedinna biex ngħixu bis-sħiħ l-attivitajiet liturġici u kateketiċi, karitattivi u kulturali. Permezz tagħhom Ġesù Kristu jsejħilna għall-mejda tal-Kelma tiegħu u tal-Ewkaristija, biex niggustaw id-don tal-preżenza tiegħu, niġu fformati fl-iskola tiegħu u ngħixu dejjem aktar magħqudin konxjament miegħu, l-Imgħallem u l-Mulej tagħna. Hu stess jgħidilna: ‘’Min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi’’ ({w. 14,21).

Huwa biss jekk nibdew b’din il-laqgħa mal-Imħabba t’Alla, li tibdel ħajjitna, li nistgħu ngħixu f’komunjoni miegħu u bejnietna, noffru lil ħutna xhieda kredibbli, u nagħtu r-raġuni tat-tama li għandna (ara1 Pt. 3,15). Fidi matura, li biha nkunu kapaċi nafdaw għalkollox f’Alla bi spirtu ta’ wlied sostnuti bit-talb, bil-meditazzjoni tal-Kelma t’Alla u mill-istudju tal-veritajiet tal-fidi, hija kundizzjoni biex inkunu nistgħu nippromovu umaniżmu ġdid, mibni fuq l-Evanġelju ta’ Ġesù.


 

‘’Nixtiequ naraw lil Ġesù ’’ ("w 12, 21) hija t-talba li fl-Evanġelju ta’ Ġwanni, xi Ġriegi li kienu waslu Ġerusalemm għall-pellegrinaġġ tal-Għid, għamlu lill-appostlu Filippu. Hija tidwi wkoll f’qalbna f’dan ix-xahar ta’ Ottubru li jfakkarna li l-impenn u d-dmir tax-xandir tal-Evanġelju jinteressa lill-Knisja kollha, li hija ‘’min-natura tagħha missjunarja’’ (Ad Gentes, 2), u jistedinna biex inkunu promuturi tal- ħajja ġdida, magħmula minn relazzjonijiet awtentiċi, f’komunitajiet mibnija fuq l-Evanġelju.

F’soċjeta b’ħafna gruppi etniċi, li dejjem aktar qiegħda ġġarrab forom ta’ solitudni u ta’ indifferenza preokkupanti, l-Insara għandhom jitgħallmu joffru sinjali ta’ tama u jsiru aħwa universali, billi jistimulaw l-ideali kbar li jbiddlu l-istorja. Mingħajr illu\jonijiet foloz jew beżgħat inutli, għandhom jimpenjaw ruħhom biex jagħmlu d-dinja dar għall-popli kollha.

Bħall-pellegrini Griegi ta’ elfejn sena ilu, anki l- bnedmin ta’ żmienna, anki jekk mhux dejjem konxjament, qegħdin jitolbu lil dawk li jemmnu mhux biss li jkellmuhom fuq Ġesu', imma li juruhom lil Ġesù u jagħmlu l-Wiċċ tal-Feddej jiddi f’kull rokna tad-dinja quddiem il-ġenerazzjonijiet tal-millennju l-ġdid, spe`jalment quddiem iż-żgħażagħ ta’ kull kontinent.

Huma għandhom jindunaw li l-insara jwasslu l-kelma ta’ Kristu għaliex Huwa hu l-Verita' u għaliex sabu fih is-sens u l-verita' għall-]ajja tagħhom.

Dawn il-konsiderazzjonijiet jirreferu għall-mandat missjunarju li rċevew l-imgħammdin kollha u l-Knisja kollha, imma li ma jistax jitwettaq b’mod kredibbli mingħajr konverżjoni personali, komunitarja u pastorali profonda. Infatti, l-għarfien tas-sejħa biex ixandru l-Evanġelju jqanqal mhux biss lil kull Nisrani individwali, imma lill-Komunitajiet djoċesani u parrokkjali kollha għal tiġdid sħiħ u għal ftuħ dejjem akbar għall-kooperazzjoni missjunarja bejn il-Knejjes, biex jippromovu x-xandir tal-Evanġelju fil-qalb ta’ kull bniedem, ta’ kull poplu, kultura, razza, u nazzjonalita' kullimkien.

Il-komunjoni ekkleżjali titnissel mil-laqgħa mal-Iben ta’ Alla, Ġesu' Kristu li permezz tax-xandir tal-Knisja, jilħaq lill-bnedmin u joħloq komunjoni miegħu stess u għalhekk mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu. Kristu jwaqqaf ir-relazzjoni ġdida bejn Alla u l-bniedem. ‘’Huwa jgħarrafna li ‘Alla hu mħabba’ (1 Ġw. 4, 8) u fl-istess ħin jgħallimna li l-li[i fundamentali tal-perfezzjoni tal-bniedem, u għalhekk tat-tibdil fid-dinja, huwa l-kmandament ġdid tal-imħabba. Lil dawk li jemmnu fl-imħabba ta’ Alla jassigurahom li t-triq tal-imħabba hija miftuħa għall-bnedmin u li l-isforzi biex il-bnedmin kollha jingħaqdu bħal aħwa mhumiex fiergħa’’ (Gaudium et spes, 38).

Il-Knisja ssir komunjoni permezz tal-Ewkaristija, li fiha Kristu, preżenti fil-ħob\ u l-inbid, bis-sagrifiċċju ta’ mħabba tiegħu jibni l-Knisja bħala l-ġisem tiegħu u jgħaqqadna ma’ Alla u bejnietna. Fl-Eżortazzjoni Apostolika Sacramentum caritatis jiena ktibt: "Ma nistgħux inżommu għalina l-imħabba li niċċelebraw fis-Sagrament, Hija titlob min-natura tagħha li titqassam ma’ kulħadd. Dak li d-dinja għandha bżonn hija l-imħabba ta’ Alla; għandha b\onn li tiltaqa’ ma’ Kristu u temmen fih’’ (n. 84). Għal din ir-raġuni l-Ewkaristija mhijiex biss l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja, imma wkoll tal-missjoni tagħha. Knisja awtentikament Ewkaristika hija Knisja missjunarja, kapaċi li twassal lil kulħadd għall-komunjoni ma’ Alla u xxandar b’konvinzjoni: "dak li aħna rajna u smajna, aħna qegħdin inxandrulhom biex intom tissieħbu magħna’’ (Ġw. 1, 3).

Għeżież, f’din il-Ġurnata Missjunarja Dinjija li fiha l-ħarsa ta’ qalbna tinfirex fuq l-ispazji immensi tal-missjoni, għandna nħossu lkoll li a]na protagonisti tal-impenn tal-Knisja biex ixxandar l-Evanġelju. L-ispinta missjunarja kienet dejjem sinjal ta’ vitalia' għall-Knejjes tagħna, u l-kooperazzjoni tagħhom hija xhieda spe`jali ta’ għaqda, fraternita' u solidarjeta', li tagħmel kredibbli lill-ħabbara tal-Imħabba li ssalva l-bniedem.

Għalhekk inġedded lil kulħadd l-appell għat-talb u minkejja d-diffikultajiet finanzjarji, għall-impenn biex tingħata għajnuna fraterna u konkreta lill-Knejjes żgħażagħ. Dan il-ġest ta’ mħabba u ta’ qsim bejn l-aħwa jgħin il-formazzjoni tas-saċerdoti, is-seminaristi u l-katekisti fl-artijiet l-aktar imbiegħda tal-missjoni u jinkuraġġixxi lill-komunitajiet ekkleżjali żgħażagħ. Is-servizz prezzjuż tal-Opri Missjunarji Pontifiċji, li lilhom nesprimi l-gratitudni tiegħi, jieħu ħsieb it-tqassim ta’ din l-għajnuna.

Fit-tmiem ta’ dan il-messaġġ annwali għall-{urnata Missjunarja Dinjija, nixtieq nesprimi, b’imħabba speċjali, ir-rikonoxxenza tiegħi lill-missjunarji rġiel u nisa, li jagħtu xhieda tal-wasla tas-Saltna ta’ Alla fil-postijiet l-aktar imbiegħda u diffiċli, spiss anki b’ħajjithom. Lilhom, li qegħdin fuq il-front tax-xandir tal-Evanġelju, kull Nisrani għandu joffrilhom il-ħbiberija, l-interess u l-għajnuna tiegħu. "Alla jħobb lil min jagħti bil-ferħ" (2 Kor. 9, 2) u jimlieh b’ħeġġa spiritwali u ferħ profond.

Kull tweġiba ġeneruża tal-komunità ekkleżjali għas-sejħa divina biex inħobbu lill-aħwa tagħti fiduċja u kuraġġ lill-appostli ġodda. Din it-tweġiba tagħmel lill-Insara kollha kapaċi li jifirħu bit-twettiq tal-pjan ta’ Alla, li jrid "li l-ġens kollu tal-bnedmin isir poplu wieħed ta’ Alla, jingħaqad fil-ġisem wieħed ta’ Kristu u jinbena f’tempju wieħed tal-Ispirtu s-Santu’’ (Ad Gentes, 7).

 

Pope’s Message
Il-Messaġġ Tal-Papa
What Happens to your WMS Donation ?
Xi jsir minnha l-offerta tal-Ġurnata Missjunarja ?
WMS Theme
Statement of Donations Collected