Pontifical Mission Societies 'Spreading Gods word throughout the World'
Home About Us Children Helping Children Pope’s Intentions Latest News Contact Us
World Mission Sunday
Your Contribution
Publications
Lay Missionaries
Products
Find Us
Director's Message
Mission Shop
Financial Help

Xi jsir minnha l-offerta tal-Ġurnata Missjunarja ?

English version - Click Here

Il-Kappillan, bl-għajnuna ta’ min hu inkarigat, jiġbor l-enveloppi li jitqassmu fid-djar. F’ħafna parroċċi tinġabar somma sabiħa. Kull parroċċa toffri l-ġbir mill-quddies kif ukoll dak ta’ l-enveloppi.

Malli tgħaddi l-Ġurnata Missjunarja, il-flus jintbagħtu fl-Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq il-Merkanti, Valletta u jitqegħdu f’fond speċjali. Fil-bidu tas–sena, meta jkun daħal il-ġbir kollu, id-Direttur javża l-Uffiċċju ta’ Ruma dwar is-somma totali.

Fix-xahar ta’ Mejju jiltaqgħu f’Ruma d-diretturi ta’ l-Opri Missjunarji Pontifiċji tal-pajjiżi kollha biex jiddeċiedu kif jitqassam il-ġbir li jkun sar mid-djoċesijiet kollha. L-għajnuna tingħata

(1) f’sussidji ordinarji jiġifieri kull isqof fl-artijiet tal-missjoni jirċievi somma (madwar 10.000 Dollari) biex iwettaq ix-xogħol tiegħu;
(2) f’sussidji straordinarji biex isiru proġetti ta’ bini ta’ knejjes, kliniċi, skejjel, seminarji jew proġetti pastorali (p.eż. formazzjoni tal-katekisti) jew biex jingħata l-ikel u mediċini u għajnuna oħra.

Għax-xahar ta’ Lulju, l-Uffiċċju Missjunarju f’kull pajjiż jirċievi lista ta’ postijiet fejn għandhom jintbagħtu l-flus miġbura. Id-Direttur jibgħat il-fondi direttament fil-pajjiż.

Għalhekk l-offerta tiegħek tista’ tgħin xi katekisti biex jiġbru t-tfal u jgħallmuhom, jew xi sorijiet biex imexxu skola jew klinika; kultant jingħataw il-flus biex saċerdot jixtri mutur jew karozza biex jivvjaġġa. Dak li tfajt fl-invelop jista’ jispiċċa f’pajjiż ‘il bogħod bħas Sri-Lanka jew il-Pakistan jew f’xi post fl-Afrika.

Forsi l-isbaħ ħaġa f’dan l-eżerċizzju ta’ ‘naqsam ma ħaddieħor’ hu l-aspett universali tiegħu: l-insara fil-pajjiżi kollha tal-missjoni jirċievu sehemhom.

Dan kien l-aħħar kmand ta’ Ġesu “Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha".

Pope’s Message
Il-Messaġġ Tal-Papa
What Happens to your WMS Donation ?
Xi jsir minnha l-offerta tal-Ġurnata Missjunarja ?
WMS Theme
Statement of Donations Collected